

Ġustizzja
Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 02/02/2021 © (Digital & Published Rights)
Jinħoloq tribunal u bord apposta ġewwa l-għassa jew il-Kunsill stess li jkun iffurmat minn rappreżentanti tal-Pulizija u tal-Qorti sabiex kwereli ċivili (mhux ta’ natura gravi) li nħolqu ġewwa l-lokalità jinqatgħu dak il-ħin stess.
Ebda resident ma jaffaċċja dewmien/burokraziji/ħlas eżorbitanti li jiġu ppreżentati fil-Qrati. Barra minn hekk, ikun ta’ benefiċċju għall-Qrati ħalli jkunu jistgħu jevitaw aktar iffullar ta’ nies u/jew każijiet.
Dan il-Unit jista’ jinħoloq ġewwa l-bini tal-Kunsill Lokali.
F’dan l-istess bini ta’ Ġustizzja (City Hall), jistgħu jiġu kkuntestati l-penali u l-multi, fost proposti oħra.
Pulizija tal-komunità
Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 15/10/2020 © (Digital & Published Rights)
Nemmnu li l-Pulizija jistħoqqilhom uffiċini ferm aħjar milli fejn qegħdin bħalissa.
Nemmnu li jrid ikollhom żewġ parkeġġi riservati quddiem għassa ġdida f’post ċentrali fejn jistgħu jkunu effiċjenti. Nemmnu wkoll li l-Pulizija għandhom ikunu ħielsa minn kull tip ta’ ndħil politiku.
Nemmnu wkoll li l-Pulizija tal-Belt Valletta u ta’ kull fergħa tagħha tkun iddedikata esklussivament fuq il-lokalità tagħna u mhux maqsuma bejn żewġ lokalitajiet.
*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.

