Aqbeż għall-kontenut
ResidentiBeltinIl-Belt għal-Beltin.

Residenti tal-Belt Valletta

Membri u Elezzjoni 2024

ResidentiBeltinMembri u Elezzjoni 2024

Billy.J McBee

Fundatur u Kandidat Elezzjoni Kunsill Lokali Belt Valletta 2024

Residenza: Triq ir-Repubblika, Belt Valletta

Data ta’ Twelid: 22-02-1985

‘ResidentiBeltin’ - Blog - 2001-2009

‘VallettaResidentsVolunteers’ - 2012-2021

‘ResidentiBeltin’ - Neighborhood Watch - 2022-2024

‘ResidentiBeltin’ - Moviment għall-Komunità - 2022-2024

Petizzjoni - 20-05-2022 - Klinika Kompluta Miftuħa 24/7

Petizzjoni - 20-05-2022 - Dar tal-Anzjani

Petizzjoni - 13-04-2023 - Kontra Storbju F’Żoni Residenzjali

Kandidat Indipendenti Primarju - Valletta 2024

Mill-Għeruq tal-Kuxjenza Soċjali u minn sfond ta’ klassi medja baxxa, is-Sur McBee jifhem mill-qrib l-isfidi li jiffaċċjaw l-individwi vulnerabbli fis-soċjetà.

Oriġinalment mill-akwata tad-‘Due Balli’, it-trobbija tiegħu nissel fih għarfien profond tal-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, b’mod partikolari dwar familji li qed jitħabbtu u l-anzjani li sfortunatament ġew imwarrba. B’sens qawwi ta’ empatija u fehim profond tal-polz tas-soċjetà, is-Sur McBee huwa ddedikat biex jippromwovi tfassil ġodda ta’ abbozz ta’ liġijiet taċ-ċittadin komuni u jwassal il-bżonnijiet ta’ dawk li ħafna drabi ma jinstemgħux.

L-unika persuna li ħoloq l-ewwel u l-uniċi Petizzjonijiet Uffiċjali u Validi f’għajnejn il-liġijiet Maltin b’risq il-Komunità Beltija; Dar tal-Anzjani, Klinika Kompluta 24/7, Child Care Center u Regolarizzazzjoni ta’ Storbju F’Żoni Residenzjali f’Malta u Għawdex. Dan kollu mingħajr l-għajnuna jew l-appoġġ minn membri eletti tal-pubbliku - miż-żewġ naħat tal-Istat u tar-Reġjun Lokali.

𝐊𝐚𝐦𝐩𝐚𝐧𝐣𝐚 𝐄𝐥𝐞𝐭𝐭𝐨𝐫𝐚𝐥𝐢: Mhux Politika… Komunità

𝐌𝐢𝐬𝐬𝐣𝐨𝐧𝐢:

  • Anzjani Beltin, Dar tal-Anzjani, Xelter

  • Ġustizzja U Kuxjenza Soċjali

  • Sigurtà u Aċċessibbiltà Pubblika.

  • Wirt u Tradizzjonijiet.

  • Protezzjoni u Drittijiet Residenzjali.

  • Rivokazzjoni tal-Avviż Legali 161/2022.

  • Parkeggi Residenzjali.

  • Riforma Kunsill Lokali.

  • Għaqdiet Tal-Komunità.

’‘Tkunx politiku, iżda servent tal-komunità. Iż-żminijiet jinbidlu iżda mhux l-Etika, Prinċipji u l-Valuri - dawk jistgħu biss jissaħħew’’

Membri tal-Kumitat:

Sur Billy.J McBee - Fundatur

Familja mill-akwata tad-Due Balli, ‘Tal-Gouder’ - Illum għadu jgħix fil-Belt Valletta.

Twemmin: ’‘Il-wegħdiet ġenwini, il-wegħdiet ta’ rġulija ma ssibhomx magħluqa bejn erba’ ħitan, iżda meta jkunu miktuba iswed fuq abjad, qalb fit-toroq, qalb in-nies..‘’

**

Sur C.Camilleri - Viċi Kap

Etika u Twemmin:

“Il-passat dejjem kien u dejjem ippreveda dak li għandek tistenna fil-futur. Tħallix l-istorja tirrepeti ruħha.”

“Kandidat li jmur kontra l-kurrent,

Kandidat li ma jibqax sieket u rappreżenta l-weġgħa ta’ resident wieħed,

Kandidat li jmur oltre dak li huwa mistenni minnu,

Huwa l-Kandidat li jixraqlu jmexxi.”

Is-Sur C. Camilleri - Viċi Kap

Familja mill-inħawi ta’ Hastings.

Sinjura G.Camilleri - Teżoriera

Etika u Twemmin:

“Il-bilanċ dejjem instab fit-triq tan-nofs. U meta tiġi biex tagħżel, staqsi lilek innifsek jekk inti jixraqlekx aħjar fil-Belt li tgħix fiha.”

“Jekk il-komunità ma ratex tiġġieled għaliha matul ix-xhur, snin li kellha bżonnok…ħlief ftit ġimgħat qabel elezzjoni, ma tkunx urejt solidarjetà ġenwina iżda l-opportunità tal-logħba politika”

Sinjura G. Camilleri - Teżoriera

Familja mill-inħawi ta’ Sant Ursola