Aqbeż għall-kontenut
ResidentiBeltinIl-Belt għal-Beltin.

Residenti tal-Belt Valletta

Statut tal-Partit

ResidentiBeltinStatut tal-Partit

Dwar l-Istatut

Isem
ResidentiBeltin
Emblema
Abjad, Aħmar
Akronimu
RB
Status Politiku
Indipendenti, Non-Partiġġjan
Sena
2026

Artikolu 1 - L-Isem u l-Identità

  1. Il-partit jismu ResidentiBeltin.
  2. L-akronimu huwa RB.
  3. Il-partit jista’ jadotta logos u slogans skont il-ħtieġa, suġġett għal approvazzjoni fejn meħtieġ mil-liġi.

Artikolu 2 - Għeruq u Skop

Il-partit oriġina minn inizjattiva komunitarja u ġie formalizzat biex jirrappreżenta lir-residenti. L-iskop ewlieni huwa li jipproteġi u jsaħħaħ id-drittijiet tar-residenti.

Il-partit jaġixxi bħala:

  • Struttura b’skop primarju għar-rappreżentanza fil-Kunsill Lokali

  • Grupp ta’ pressjoni u entità kollaborattiva ma’ entitajiet relevanti

  • <> * < class="rb-statute-article" aria-labelledby="article-3"> * <>

Artikolu 3 - Għanijiet u Prinċipji

Il-partit jaħdem fl-interess tar-residenti.

Il-partit jikkontribwixxi u jallinja ruħu mal-prinċipji ta’ UNESCO dwar il-protezzjoni tal-Belt Valletta bħala World Heritage Site.

Il-partit jimpenja ruħu lejn il-valuri kostituzzjonali ta’ Malta, allinjati mal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Jippromwovi:

  • Dinjità, serħan u kwalità tal-ħajja
  • Bilanċ bejn residenti u kummerċ
  • Ħarsien tal-wirt storiku, kulturali u ta’ identità
  • Stat tad-dritt
  • Drittijiet tal-bniedem
  • Ugwaljanza
  • Il-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ġid komuni
  • It-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tar-residenti
  • Il-ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri
  • Il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli
  • Il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali, storiku u artistiku
  • Il-ħarsien tal-identità u l-karattru uniku lokali
  • Il-garanzija tal-parteċipazzjoni demokratika
  • Il-promozzjoni tat-trasparenza u l-kontabbiltà fil-governanza
  • Il-ħarsien tal-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni
  • Ir-rispett lejn id-dritt għall-proprjetà u d-dar
  • Il-bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, it-turiżmu u d-drittijiet tar-residenti
  • Il-ħarsien tas-sigurtà pubblika u s-saħħa residenzjali
  • Il-prevenzjoni tal-istorbju eċċessiv, iffullar u problemi ta’ sanità
  • Il-promozzjoni ta’ ambjent urban sostenibbli u ordnat

Permezz ta’ dan l-istatut, il-partit u l-membri tal-partit jingħataw l-appoġġ assolut ta’ entitajiet pubbliċi u rappreżentanti pubbliċi kollha biex jappoġġjaw il-missjoni tiegħu.

Dan l-istatut huwa mmexxi mill-prinċipji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, inklużi l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, il-ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku, it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u l-garanzija tal-parteċipazzjoni demokratika, u r-rispett.

Artikolu 4 - Terminu

Il-partit huwa stabbilit għal żmien indefinit.

Artikolu 5 - Sħubija

5.1 Tipi ta’ Parteċipazzjoni

  • Membri Uffiċjali: b’drittijiet sħaħ ta’ governanza
  • Segwaċi/Supporters: mingħajr drittijiet ta’ governanza, vot favur jew kontra mozzjoni

Biex jiġi evitat konflitt ta’ interess, il-partit jirriserva d-dritt li jirrifjuta individwi li huma rappreżentanti, affiljati jew kandidati uffiċjali ma’ partiti oħra li ma jkunux kumpatibbli.

Għal membri interessati li jsiru supporters, u li jixtiequ jwasslu suġġerimenti jew ilmenti dwar il-lokalità, jistgħu jikkuntattjaw kwalunkwe membru uffiċjali jew residentibeltin@gmail.com.

L-appoġġ għal ResidentiBeltin ikun magħmul minn residenti ħerqana u intenzjonati sew.

5.2 Eliġibilità għal Kariga Uffiċjali

Kull persuna ta’ mill-inqas 16-il sena tista’ tapplika.

L-applikant irid jaċċetta dan l-istatut.

5.3 Proċess ta’ Sħubija Uffiċjali / Kumitat

  • L-applikazzjoni jew ir-rikjesta ssir permezz ta’ messaġġ diġitali jew telefonata uffiċjali.
  • Il-Bord jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.
  • Il-membri jiġu rreġistrati internament.

5.4 Drittijiet tal-Membri Uffiċjali

  • Parteċipazzjoni fil-votazzjoni
  • Parteċipazzjoni fl-Assemblea Ġenerali
  • Deċiżjonijiet interni

5.5 Finanzjament

Il-partit ma għandu l-ebda skema ta’ sħubija finanzjarja; jaċċetta lil kulħadd b’mod ugwali. Il-partit ma jaċċettax donazzjonijiet, memberships bil-ħlas, sponsorships jew dħul finanzjarju.

Artikolu 5A - Kandidati Uffiċjali u Kollaborazzjoni ma’ Entitajiet Oħra

Il-partit jista’ jippermetti li kandidati uffiċjali jiġu appoġġjati, assenjati jew mislufa temporanjament lil netwerks, gruppi, partiti żgħar jew entitajiet indipendenti oħra bħala kollaborazzjoni għall-ġid komuni f’kwalunkwe aspett.

Kondizzjonijiet:

  1. L-entitajiet l-oħra jkunu indipendenti u mhux affiljati maż-żewg partiti politiċi ewlenin
  2. Allinjament ċar ma’ prinċipji u għanijiet ta’ ResidentiBeltin
  3. Kollaborazzjoni b’benefiċċju dirett jew indirett għall-komunità, għal-lokalitajiet u residenti

Kull deċiżjoni trid:

  1. Tiġi approvata mill-Bord b’maġġoranza u dokumentata formalment

Kandidat li jaħdem taħt dan l-arranġament jibqa’ suġġett għall-istatut u dixxiplina ta’ ResidentiBeltin. Din il-kollaborazzjoni mhix fużjoni jew telf ta’ identità tal-partit; il-kandidat xorta jirriserva d-dritt għat-titlu bħala indipendenti u bħala servjent tal-komunità flok bħala politikant.

Artikolu 6 - Riżenja u Esklużjoni

Membru Uffiċjali jista’ jirriżenja fi kwalunkwe ħin, iżda l-partit irid jiġi avviżat minn tal-inqas 30 ġurnata qabel.

Esklużjoni tista’ sseħħ biss wara proċedura ġusta, inkluż:

  • Avviż

  • Dritt ta’ difiża

  • Dritt ta’ appell

  • < class="rb-statute-article" aria-labelledby="article-7">

Artikolu 7 - Drittijiet u Dmirijiet

Membri uffiċjali għandhom:

  • Jirrispettaw l-istatut
  • Jappoġġaw l-għanijiet tal-partit

Id-drittijiet tal-vot huma personali. Mhux trasferibbli - ħlief b’mod ta’ prokura f’każijiet ta’ emerġenza, jew f’każ fejn il-membru ma jkunx jista’ jattendi b’mod virtwali.

Artikolu 8 - Miżuri Dixxiplinari

  • Twissija
  • Sospensjoni
  • Tneħħija minn kariga
  • Esklużjoni

Kull azzjoni trid tirrispetta d-dritt ta’ difiża.

Artikolu 9 - Riżoluzzjoni ta’ Kunflitti

Il-Korp għas-Soluzzjoni tal-Kunflitt huwa magħmul minn 3 membri, fosthom il-President tal-partit.

Il-Korp jiddeċiedi biss meta l-membri jkunu kollha preżenti u jieħdu d-deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi.

Il-Korp jista’ jiltaqa’ fiżikament, bil-konferenza telefonika jew konferenza bil-vidjo.

Kompetenzi tal-Korp:

  • Azzjoni dixxiplinari

  • Esklużjoni jew ċaħda ta’ sħubija

  • < class="rb-statute-article" aria-labelledby="article-10">

Artikolu 10 - Ugwaljanza

Il-partit jipprojbixxi diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi ta’ sess, orjentazzjoni, reliġjon, nazzjonalità jew età.

Artikolu 11 - Assemblea Ġenerali

11.A Sejħa u Funzjonament

L-Assemblea Ġenerali tissejjaħ mill-Bord.

Tiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena.

Kull assemblea ssir fil-ġurnata, fis-siegħa u fil-post stabbilit fl-avviż tas-sejħa.

Il-membri kollha għandhom jiġu mistiedna.

Il-Bord jista’ jwettaq is-sejħa b’kwalunkwe komunikazzjoni, b’ittra jew b’messaġġ diġitali iffirmat minn membru tal-Bord.

L-abbozz tal-aġenda jissemma fl-avviż tas-sejħa.

L-Assemblea Ġenerali tista’ tadotta Regolamenti Interni li jiddettaw il-funzjonament, il-ħatra u l-elezzjoni ta’ kumitati u korpi interni.

11.B Ftuħ

Preseduta mill-President, Viċi President jew membru elett għall-okkażjoni.

11.C Drittijiet u Votazzjoni

Kull Membru għandu vot wieħed wara probation ta’ 3 xhur, jew skont deċiżjoni tal-Bord.

Il-vot jista’ jsir b’mod sigriet.

Deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi tal-voti tal-preżenti; riżoluzzjonijiet dokumentati u iffirmati diġitalment.

Il-Bord, kumitat jew uffiċjali jistgħu jsejħu membri mill-udjenza biex jipparteċipaw b’voti random.

11.D Setgħat

  • Maġġoranza sempliċi: ħatra jew tkeċċija tal-membri, approvazzjoni tal-baġit, programmi tal-partit u elettorali
  • Maġġoranza kwalifikata: emendi u approvazzjonijiet għall-Artikoli tal-Istatut, xoljiment, kollaborazzjonijiet
  • Parteċipazzjoni mill-Udjenza: suġġerimenti għall-Artikoli tal-Istatut u voti relatati

11.E Funzjonament Dettaljat

Astensjonijiet u voti invalidi.

Skadenza ta’ 21 jum qabel għas-sottomissjoni ta’ mozzjoni jew aġenda; mozzjonijiet urġenti jew emendi diġà sottomessi jirregolaw skadenzi separati.

L-Assemblea hija valida irrispettivament min-numru ta’ preżenti.

Minuti tal-proċedimenti, inklużi mozzjonijiet, riżoluzzjonijiet u riżultati elettivi, jistgħu jkunu awdjo jew diġitali.

Artikolu 12 - Il-Bord

Minn tal-inqas, tlett Membri Uffiċjali.

Kariġi: President, Viċi President, Teżorier

Setgħat: amministrazzjoni u rappreżentanza legali

President

  • Mexxej u rappreżentanza esterna
  • Parteċipazzjoni f’diskussjonijiet biss b’setgħa approvata jew unanima
  • Jista’ jiddelega setgħat

Viċi President

  • Jassisti u jissostitwixxi l-President
  • Jista’ jiddelega setgħat
  • Fil-każ ta’ assenza, jieħu l-kariga ta’ President

Teżorier

  • Responsabbli għall-finanzi u rapporti

  • Jipproponi l-baġit u jikkontrolla l-eżekuzzjoni

  • Jista’ joġġezzjona dwar dispożizzjoni li tikkontradixxi l-istatut

  • Jiddelega setgħat lill-oħrajn

  • Fil-każ ta’ vakanza, jieħu pożizzjoni ta’ caretaker

  • <*

Artikolu 13 - Sena Finanzjarja

Il-Partit huwa non-profit; is-sena finanzjarja tgħalaq annwalment fil-31 ta’ Diċembru.

Sal-31 ta’ Marzu, it-Teżorier jippreżenta rendikont lill-Kummissjoni Elettorali.

Approvata mill-Assemblea Ġenerali annwali.

Artikolu 14 - Post Battal/Vakant

Vakanza tal-Bord - membru proviżorju jekk eliġibbli.

Elezzjonijiet sekondarji fl-Assemblea Ġenerali li jmiss għall-mandat preżenti.

Jekk il-Bord kollu jirriżenja, isiru elezzjonijiet ġodda fi żmien 3 xhur.

Artikolu 15 - Regolamenti Interni

Jistgħu jiġu adottati skont Artikolu 11 u proposti mill-Bord.

Kumitati u korpi addizzjonali, inklużi emendi, għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.

Artikolu 16 - Emendi

Jeħtieġu vot tal-Assemblea Ġenerali.

Emendi, kambjamenti, korrezzjonijiet tekniċi jew ta’ emerġenza relatati ma’ kull aspett tal-partit jistgħu jsiru mingħajr vot, u f’kwalunkwe ħin approvati mill-President waqt li jkunu infurmati l-membri tal-Bord.

Artikolu 17 - Xoljiment

Jeħtieġ maġġoranza kwalifikata.

Assi jitqassmu lil entitajiet ta’ karità jew NGOs simili mingħajr skop ta’ qligħ.

Artikolu 18 - Membri Attwali

KarigaIsem
President u FundaturMr. B McBee
Viċi PresidentMr. C Camilleri
TeżorierMs. G Camilleri