

Il-Pixkerija l-Antika
Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 09/05/2011 © (Digital & Published Rights)
Waħda mill-proposti li ressaqna lill-Kunsill, Membri Parlamentari permezz ta’ ittra lill-Parlament biex il-Pixkerija l-antika tibqa’ għand il-poplu waqt li sserviet għall-użu ta’ ferries u dgħajjes tal-pass; biex il-ftit sidien/operaturi li fadal ta’ dawn id-dgħajjes tal-pass jingħataw il-kuraġġ neċessarju biex jibqgħu jużaw din it-tradizzjoni, kafetterija, parti mill-binja tkun riservata bħala spazju artistiku, uffiċini tal-informazzjoni għat-turisti u biljetti relatati ma’ tal-linja u ferry, latrini pubbliċi fejn dawn ikunu parti mill-pjan li jiżdiedu iktar latrini pubbliċi madwar il-Belt Valletta, Bus Stop għal tal-Linja. Dan kollu bħala pjan li jservi kemm il-poplu u l-viżitaturi speċjalment fejn jagħti kenn waqt l-istaġuni tax-xemx u x-xita.
Din il-proposta, tolqot eżattament x’hemm bżonn għal-lokalità, il-Beltin, Viżitaturi, tipproteġi l-kosta pubblika hekk kif bosta lokalitajiet qegħdin jesperjenzaw din l-inġustizzja. Lesti li nċedu l-Pixkerija flok Evans. Imma wara diversi komunikazzjonijiet mar-rappreżentanti, ebda konklużjoni ma saret.
https://one.com.mt/zur-ic-cisterni-ta-taht-l-art-u-l-pixkerija-bi-prezz-ridott/
https://www.maltatoday.com.mt/news/national/19887/valletta-s-old-fish-market-earmarked-for-boutique-hotel-20120726
*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill taħt it-tmexxija tagħna jsejjaħ għal laqgħat pubbliċi mar-residenti.

