Aqbeż għall-kontenut
ResidentiBeltin Il-Belt għal-Beltin.

Residenti tal-Belt Valletta

Introduzzjoni

ResidentiBeltinIntroduzzjoni

Residenti Beltin - Introduzzjoni

L-istorja bdiet fl-2001 b'blog personali li jirrakonta l-ħajja ta' kuljum tar-residenti tal-Belt Valletta. Fl-2022, ResidentiBeltin bdiet uffiċjalment tħabrek għad-drittijiet tar-residenti. 
 

Il-Moviment Soċjali nnifsu jħeġġeġ lil kull resident jingħaqad miegħu fl-appell biex l-isfreġju u l-privatizzazzjoni jieqfu, il-Belt Valletta tiġi mħarsa u protetta bil-fatti. Flimkien mal-iskop biex insaħħu d-drittijiet tar-residenti kollha. Fl-2024, saret partit għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali.

 
Għanijiet U Prinċipji : 

1. Il-'Partit' li huwa favur il-ħidma b'umiltà lejn ir-residenti Beltin, għall-interess unanimu ta' kull Belti mingħajr ma jħares lejn il-kulur tal-individwi b'hekk il-partit jaqa' taħt Partit Indipendenti. Sfortunatament ħafna jiġu eletti u wara jabbużaw mill-fiduċja mogħtija lilhom. Bl-Introduzzjoni tal-Proposti Kollettivi fil-qasam għall-Elezzjoni Kunsill Lokali, jiggarantixxi riforma ġdida b'hekk jevita l-partit milli jagħmel li jrid jekk jitla' fil-Kunsill.
 

2. Il-partit ikun kommess jipprovdi lura d-dinjità, serħan, rispett u drittijiet illi kull resident għandu jkollu. Skont il-liġi li tipproteġi lill-individwu ġewwa daru u fil-pubbliku. Bħala fergħat jopera kemm bħala 'Għassa tal-Viċinat' kif ukoll bħala 'Grupp ta' Pressjoni'.

3. Il-partit ikun kommess illi jsib bilanċ bejn ir-residenti u s-settur kummerċjali. Dan wara li l-partit ħass il-weġgħa u l-ilmenti kontinwi tar-residenti fejn spiċċaw imsieket u fil-mira ta' ħafna fil-konfront lejhom.
 

4. Il-partit jemmen bis-sħiħ għall-ħtieġa u l-ħarsien ambjentali, tradizzjonali, kulturali u dak ta' patrimonju ta' wirt nazzjonali li jinsab kollu fil-Belt Valletta. Għall-għan ta' kwalità, ħajja aħjar u b'rispett sħiħ għad-drittijiet għall-ġenerazzjonijiet futuri Beltin. Kif ukoll, l-partit ikun kommess illi jsaħħaħ u jonora t-titlu mill-UNESCO World Heritage, flimkien ma' kull obbligu li dan il-prestiġju fejn uffiċjalment fl-1980 ingħata fuq il-Belt Valletta.
 

5. Il-partit iħeġġeġ li jingħata widen, u jwassal leħen ir-residenti b'trasparenza assoluta. Li jimxi mingħajr ebda intenzjoni jew deċiżjonijiet li jmorru kontra r-residenti speċjalment dawk f'kategoriji vulnerabbli. Jgħin lir-residenti bħala persuna intermedjarja fejn u meta jkun possibbli. Bil-ħidma li l-Kunsill jingħata lura f'idejn ir-residenti, il-bogħod mill-partiġġjaniżmu, u fejn dan jemmen li jkun ta' eżempju f'kull lokalità oħra.