Aqbeż għall-kontenut
ResidentiBeltin Il-Belt għal-Beltin.

Residenti tal-Belt Valletta

Klijenteliżmu

ResidentiBeltinKlijenteliżmu

Il-Klijenteliżmu

Proposta Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 02/02/2015 © (Digital & Published Rights)
 
Naħdmu biex niġġieldu kontra l-klijenteliżmu fi ħdan il-lokalità.

Il-klijenteliżmu huwa biss riżultat ta’ sistema ħażina, li b’mod selettiv igawdi biss il-ftit. Inwiegħdu li ssir ġustizzja favur min verament kien ġenwin u li kien jistħoqlu kemm fil-passat, kif ukoll fil-preżent.
 
Nemmnu li l-lokalità u kulħadd għandu jibbenefika minn sistema nadifa li taħdem bis-sħiħ għall-komunità, sistema li taħdem is-sena kollha favur id-drittijiet tar-residenti u ta' setturi oħrajn. Hemm biss tista’ tasal il-vera ugwaljanza u trasparenza.
 
Neliminaw l-aspett fejn residenti Beltin jiġu stmati bħala ċittadini tat-tieni klassi u jintefgħu f’ċirku burokratiku li ma jispiċċa qatt. Ħadd mhuwa kontra progress bilanċjat, iżda l-progress lejn ir-residenti fejn hu?


*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.