Billy.J McBee
Fundatur u Kandidat Elezzjoni Kunsill Lokali Belt Valletta 2024
Residenza: Triq ir-Repubblika, Belt Valletta
Data ta' Twelid: 22-02-1985
'ResidentiBeltin' - Blog - 2001-2009
'VallettaResidentsVolunteers' - 2012-2021
'ResidentiBeltin' - Neighborhood Watch - 2022-2024
'ResidentiBeltin' - Moviment għall-Komunità - 2022-2024
Petizzjoni - 20-05-2022 - Klinika Kompluta Miftuħa 24/7
Petizzjoni - 20-05-2022 - Dar tal-Anzjani
Petizzjoni - 13-04-2023 - Kontra Storbju F'Żoni Residenzjali
Kandidat Indipendenti Primarju - Valletta 2024
Mill-Għeruq tal-Kuxjenza Soċjali u minn sfond ta' klassi medja baxxa, is-Sur McBee jifhem mill-qrib l-isfidi li jiffaċċjaw l-individwi vulnerabbli fis-soċjetà.
Oriġinalment mill-akwata tad-'Due Balli', it-trobbija tiegħu nissel fih għarfien profond tal-kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, b'mod partikolari dwar familji li qed jitħabbtu u l-anzjani li sfortunatament ġew imwarrba. B'sens qawwi ta' empatija u fehim profond tal-polz tas-soċjetà, is-Sur McBee huwa ddedikat biex jippromwovi tfassil ġodda ta' abbozz ta' liġijiet taċ-ċittadin komuni u jwassal il-bżonnijiet ta' dawk li ħafna drabi ma jinstemgħux.
L-unika persuna li ħoloq l-ewwel u l-uniċi Petizzjonijiet Uffiċjali u Validi f'għajnejn il-liġijiet Maltin b'risq il-Komunità Beltija; Dar tal-Anzjani, Klinika Kompluta 24/7, Child Care Center u Regolarizzazzjoni ta' Storbju F'Żoni Residenzjali f'Malta u Għawdex. Dan kollu mingħajr l-għajnuna jew l-appoġġ minn membri eletti tal-pubbliku - miż-żewġ naħat tal-Istat u tar-Reġjun Lokali.
𝐊𝐚𝐦𝐩𝐚𝐧𝐣𝐚 𝐄𝐥𝐞𝐭𝐭𝐨𝐫𝐚𝐥𝐢: Mhux Politika… Komunità
𝐌𝐢𝐬𝐬𝐣𝐨𝐧𝐢:
+ Anzjani Beltin, Dar tal-Anzjani, Xelter
+ Ġustizzja U Kuxjenza Soċjali
+ Sigurtà u Aċċessibbiltà Pubblika.
+ Wirt u Tradizzjonijiet.
+ Protezzjoni u Drittijiet Residenzjali.
+ Rivokazzjoni tal-Avviż Legali 161/2022.
+ Parkeggi Residenzjali.
+ Riforma Kunsill Lokali.
+ Għaqdiet Tal-Komunità.
''Tkunx politiku, iżda servent tal-komunità. Iż-żminijiet jinbidlu iżda mhux l-Etika, Prinċipji u l-Valuri - dawk jistgħu biss jissaħħew''
Membri tal-Kumitat:
Sur Billy.J McBee - Fundatur
Familja mill-akwata tad-Due Balli, 'Tal-Gouder' - Illum għadu jgħix fil-Belt Valletta.
Twemmin: ''Il-wegħdiet ġenwini, il-wegħdiet ta' rġulija ma ssibhomx magħluqa bejn erba' ħitan, iżda meta jkunu miktuba iswed fuq abjad, qalb fit-toroq, qalb in-nies..''
Sur C.Camilleri - Viċi Kap
Etika u Twemmin:
“Il-passat dejjem kien u dejjem ippreveda dak li għandek tistenna fil-futur. Tħallix l-istorja tirrepeti ruħha.”
“Kandidat li jmur kontra l-kurrent,
Kandidat li ma jibqax sieket u rappreżenta l-weġgħa ta' resident wieħed,
Kandidat li jmur oltre dak li huwa mistenni minnu,
Huwa l-Kandidat li jixraqlu jmexxi.”
Is-Sur C. Camilleri - Viċi Kap
Familja mill-inħawi ta' Hastings.
Sinjura G.Camilleri - Teżoriera
Etika u Twemmin:
“Il-bilanċ dejjem instab fit-triq tan-nofs. U meta tiġi biex tagħżel, staqsi lilek innifsek jekk inti jixraqlekx aħjar fil-Belt li tgħix fiha.”
“Jekk il-komunità ma ratex tiġġieled għaliha matul ix-xhur, snin li kellha bżonnok…ħlief ftit ġimgħat qabel elezzjoni, ma tkunx urejt solidarjetà ġenwina iżda l-opportunità tal-logħba politika”
Sinjura G. Camilleri - Teżoriera
Familja mill-inħawi ta' Sant Ursola