

Parkeġġi
Moviment Soċjali Indipendenti ResidentiBeltin – 02/02/2019 © (Digital & Published Rights)
01) Il-ħidma tagħna twiegħed li jiżdiedu parkeġġi residenzjali u jinħolqu parkeġġi per capita.
02) In-naħa ta’ barra tar-ring road madwar il-Belt se tinbidel f’Parkeggi Bojod u Blu għall-viżitaturi, avvenimenti, konsenji u għal qraba. Filwaqt li r-ring road ta’ ġewwa tkun kompletament riservata għal Parkeggi Residenzjali. Issir laqgħa mar-residenti ta' kull akwata u żona biex kullħadd jiġi inkluż.
03) Sistema ta’ kklampjar tiġi introdotta għal min jabbuża. Jerġgħu lura l-parkeġġi residenzjali illi tneħħew mill-amministrazzjonijiet preċedenti fejn dawn wettqu biss rilokazzjoni filwaqt li ħolqu inġustizzja fuq ir-residenti. Kien skoraġġanti li membri tal-Kunsill Lokali ġieli vvutaw unanimament favur it-tneħħija ta’ parkeġġi residenzjali.
04) Nemmnu li kull resident li jkollu l-vettura personali tiegħu għat-tiswija fejn jispiċċa jirrikorri għall-karozza tal-kiri jingħata permess temporanju. B’hekk ma jinħolqux inkonvenjenzi jew jispiċċa jeħel penali inġusta.
05) Fuq l-istess linja ta’ penali inġusti, dejjem ħassejna li huwa inġust li qraba li jixtiequ jżuru lil qrabathom għal ftit ħin jew granet ġewwa l-Belt jispiċċaw b’riperkussjoni li jiżolaw lill-qraba tagħhom prinċipalment il-kategorija tal-anzjani. Proposta hija illi f'kaz ta' mard jew sitwazzjonijiet urgenti, jinghataw permessi speċjali skond il-kaz kif ukoll ninkludu l-possibilta’ ta’ Parking Meters. Għal dan ikollna bżonn il-kontribut ta’ kull resident permezz ta’ laqgħa fi ħdan il-Kunsill.
06) Matul is-snin, bosta residenti (primarjament anzjani u ġenituri) qegħdin isibuha diffiċli jinqdew b’visti ġewwa djarhom. Jiġi mfassal pjan fejn jinħolqu parkeġġi strateġiċi għall-infermiera, veterinarji, tobba, pulizija, u membri tal-protezzjoni ċivili.
07) Permessi jiġu aġġornati u mmonitorjati regolarment biex jiġu evitati abbużi tal-permessi invalidi. Il-ġestjoni tal-komunità, b’kollaborazzjoni mal-entitajiet ta’ infurzar rispettivi, se tosserva żoni ta’ parkeġġi biex tiżgura konformità mal-liġijiet tal-permessi dwar parkeġġi residenzjali, u b’hekk ħadd ma jieħu post ir-resident.
08) Permessi għandhom jintwerew b’mod ċar u prominenti fuq il-windscreen tal-vettura tar-resident. Dan se jsaħħaħ l-infurzar billi jidentifika faċilment vetturi awtorizzati u dawk mhux awtorizzati. Tkun ta’ indikazzjoni ċara għal meta resident għandu jirrapporta vettura mhux residenzjali, filwaqt li dan jipprovdi ċarezza lill-units tal-infurzar mingħajr dewmien għall-ħruġ tal-penali.
09) Vetturi mhux awtorizzati; mingħajr permessi viżibbli se jkunu soġġetti għal penali, ngħidu aħna multi jew irmunkar, biex b’hekk jiskoraġġixxu ksur tal-liġi. Nixtiequ nżidu wkoll li kien skoraġġanti li kien hemm sitwazzjonijiet fejn minkejja li kellhom sistema online għall-verifikazzjoni ta’ permessi residenzjali temporanji; ir-residenti, ġew immultati nemmnu li l-'first timers' għandhom jingħataw twissija bil-miktub u mħux penali mall-ewwel.
10) Iktar sinjali ċari jindikaw il-ħtieġa għal permessi ta’ parkeġġ residenzjali u se jitpoġġew f’punti ewlenin fil-lokalità. Dan hu proċess ta’ infurzar issimplifikat għall-ġestjoni tal-komunità u tal-infurzar.
11) Ir-residenti jkunu infurmati dwar kull emendi u liġijiet ġodda permezz ta’ newsletters tal-komunità, b’email, mobile, avviżi bil-posta u permezz ta’ kull pjattaforma permessa għall-Kunsill Lokali.
12) Dan kollu se jtejjeb l-aċċessibbiltà għar-residenti biex isibu parkeġġi qrib djarhom waqt xi avvenimenti meta l-parkeġġi residenzjali jiġu misruqa, b’konsegwenza li jiġu ppenalizzati inġustament.
13) Wara dawn is-snin kollha fejn tant kien hemm bzonnu ta' trasparenza rigward kemm il-numru ta' parkeġġi qedghin nitilfu; jinħoloq l-inventarju uffiċjali lokali tal-parkeġġi kollha madwar il-lokalità'.
14) Residenti b'Muturi; se jintgħażlu numru limitat ta’ parkeġġi f’ċerti toroq fejn vetturi ta' certu kobor m'humiex vijabli, kull parkeġġ jista’ jesa’ erba’ muturi jew aktar. Dawn is-snin kollha, ebda kunsill lokali preċedenti ma fassal jew implimenta dan il-plan ta’ benefiċċju għas-sidien tal-Muturi.
15) Parkeġġi 'Un/Loading' għal-negozji u stabbilimenti jitfasslu f'postjiet ċentrali biex il-negozjanti jifrankaw milli jħallsu jew jiriservaw il-parkeġġi
16) Kull Dipartiment/Ministeru jingħatalu biss parkeġġ wieħed fil-viċinanza jew quddiem id-Dipartiment. Fir-realtà, ebda Dipartiment m’għandu bżonn ta’ tliet parkeġġi jew aktar, speċjalment meta matul dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna abbuż. Inkomplu nħeġġu għas-servizz ta’ minibuses għall-ħaddiema Governattivi, servizz li għandu jiġi estiż sabiex jiġbor/iwassal lil ħaddiema f’żoni ċentrali komdi għal kulħadd. Nevitaw konġestjoni waqt l-istennija għal dan is-servizz, u nissuġġerixxu l-użu tal-parkeġġ riservat ta’ kull Dipartiment.
17) E-Scooters: Nilqgħu b’ferħ id-deċiżjoni li ħa l-Gvern ta’ Malta rigward it-tneħħija tal-E-scooters kummerċjali. Iżda xorta jibqa’ l-aspett ta’ segways: Jiġu kkunsidrati żoni ta’ parkeġġ biex nevitaw milli jiġu pparkjati bl-addoċċ. Dawn iż-żoni ta’ parkeġġ jistgħu jinħolqu f’żoni dedikati biss, jiġu wkoll regolarizzati sabiex nevitaw kull tip ta’ aċċidenti.
*Kull proposta tiġi ssolidifikata u mtejba la darba l-Kunsill, taħt it-tmexxija tagħna, isejjaħ laqgħat pubbliċi mar-residenti.
Link: https://timesofmalta.com/article/malta-ban-rental-escooters-march.1062114
Link: https://timesofmalta.com/article/valletta-parking-nightmare-2.85352

