
Statut: 2026
Isem: ResidentiBeltin.
Emblema: Abjad, Aħmar.
Akronimu: RB
Status Politiku: Indipendenti, Non-Partiġġjan
Artikolu 1 – L-Isem u l-Identità
Il-partit jismu ResidentiBeltin.
L-akronimu huwa RB.
Il-partit jista' jadotta logos u slogans skont il-ħtieġa, suġġett għal approvazzjoni fejn meħtieġ mil-liġi.
Artikolu 2 – Għeruq u Skop
Il-partit oriġina minn inizjattiva komunitarja u ġie formalizzat biex jirrappreżenta lir-residenti. L-iskop ewlieni huwa li
jipproteġi u jsaħħaħ id-drittijiet tar-residenti.
Il-partit jaġixxi bħala:
• Struttura b'skop primarju għar-rappreżentattiva fil-Kunsill Lokali
• Grupp ta' pressjoni u dak kollaborattiv ma' entitajiet relevanti
Artikolu 3 – Għanijiet u Prinċipji
Il-partit jaħdem fl-interess tar-residenti.
Il-partit jikkontribwixxi u jallinja ruħu mal-prinċipji ta' UNESCO dwar il-protezzjoni tal-Belt Valletta bħala World Heritage
Site.
Il-partit jimpenja ruħu lejn il-valuri kostituzzjonali ta' Malta, allinjati mal-Kostituzzjoni ta' Malta: Jippromwovi:
• Dinjità, serħan u kwalità tal-ħajja
• Bilanċ bejn residenti u kummerċ
• Ħarsien tal-wirt storiku, kulturali u ta' identità
• Stat tad-dritt
• Drittijiet tal-bniedem
• Ugwaljanza
• Il-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali u l-ġid komuni
• It-titjib tal-kwalità tal-ħajja u l-benesseri tar-residenti
• Il-ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri
• Il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli
• Il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali, storiku u artistiku
• Il-ħarsien tal-identità u l-karattru uniku lokali
• Il-garanzija tal-parteċipazzjoni demokratika
• Il-promozzjoni tat-trasparenza u l-kontabbiltà fil-governanza
• Il-ħarsien tal-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni • Ir-rispett lejn id-dritt għall-
proprjetà u d-dar
• Il-bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku, it-turiżmu u d-drittijiet tar-residenti
• Il-ħarsien tas-sigurtà pubblika u s-saħħa residenzjali
• Il-prevenzjoni tal-istorbju eċċessiv, iffullar u problemi ta' sanità
• Il-promozzjoni ta' ambjent urban sostenibbli u ordnat
Permezz ta' dan l-statut, il-partit u l-membri tal-partit jingħataw l-appoġġ assolut ta' entitajiet pubbliċi u rappreżentanti
pubbliċi kollha biex jappoġġjaw il-missjoni tiegħu.
Dan l-Istatut huwa mmexxi mill-prinċipji stabbiliti fil-Kostituzzjoni ta' Malta inklużi l-promozzjoni tal-ġustizzja soċjali, il-
ħarsien tal-ambjent għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri, il-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku, it-titjib tal-kwalità
tal-ħajja tar-residenti, u l-garanzija tal-parteċipazzjoni demokratika, u rispett;
Artikolu 4 – Terminu
Il-partit huwa stabbilit għal żmien indefinit.
Artikolu 5 – Sħubija
5.1 Tipi ta' Parteċipazzjoni
• Membri Uffiċjali: b'drittijiet sħaħ ta' governanza
• Segwaċi/Supporter: mingħajr drittijiet ta' governanza, vot favur jew kontra mozzjoni
Biex jiġi evitat konflitt ta' interess, il-partit jirriserva d-dritt li jirrifjuta individwi li huma raprezentanti, affiljati jew kandidati
uffiċjali ma' partiti oħra li ma jkunux kumpatibbli.
Għal membri interessati li jsiru supporters, u li jixtiequ jwasslu suggerimenti jew ilmenti dwar il-lokalita jistgħu jikkuntattjaw
kwalunkwe membru uffiċjali jew residentibeltin@gmail.com.
L-appoġġ għal ResidentiBeltin jkun magħmul minn residenti ħerqana u intenzjonati sew.
5.2 Eliġibilità Kariga Uffiċjali
Kull persuna ta' mill-inqas 16-il sena tista' tapplika.
L-applikant irid jaċċetta dan l-istatut.
5.3 Proċess ta' Sħubija Uffiċjali /Kumitat
• L-applikazzjoni / rikjesta ssir permezz ta' messagg digitali jew telefonata uffiċjali.
• Il-Bord jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni.
• Il-membri jiġu rreġistrati internament.
5.4 Drittijiet tal-Membri Uffiċjali
• Parteċipazzjoni fil-votazzjoni
• Parteċipazzjoni fl-Assemblea Ġenerali
• Deċiżjonijiet interni
5.5 Finanzjament
Il-partit ma għandu l-ebda skema ta' sħubija finanzjarja; aċċetta lil kulħadd b'mod ugwali. Il-partit ma jaċċettax
donazzjonijiet, memberships bil-hlas, sponsorships jew dħul finanzjarju.
Artikolu 5A – Kandidati Uffiċjali u Kollaborazzjoni ma' Entitajiet Oħra
Il-partit jista' jippermetti li kandidati uffiċjali jiġu appoġġjati, assenjati jew mislufa temporanjament lil netwerks, gruppi,
partiti żgħar jew entitajiet indipendenti oħra bħala kollaborazzjoni għall-ġid komuni f’kwalunkwe aspett.
Kondizzjonijiet:
a. L-entitajiet l-oħra jkunu indipendenti u mhux affiljati maż-żewg partiti politiċi ewlenin
b. Allinjament ċar ma' prinċipji u għanijiet ta' ResidentiBeltin
c. Kollaborazzjoni b'benefiċċju dirett jew indirett għall-komunità, għal-lokalitajiet u residenti
Kull deċiżjoni trid:
a. Tiġi approvata mill-Bord b'maġġoranza u dokumentata formalment
Kandidat li jaħdem taħt dan l-arranġament jibqa' suġġett għall-istatut u dixxiplina ta’ ResidentiBeltin. Din il-kollaborazzjoni
mhix fużjoni jew telf ta' identità tal-partit, l-kandidat xorta jirriserva dritt għat-titlu bħala indipendenti u bħala servjent tal-
komunità’ flok bħala politikant.
Artikolu 6 – Riżenja u Esklużjoni
Membru Uffiċjali jista' jirriżenja fi kwalunkwe ħin, iżda l-partit irrid jiġi avżat minn tal-inqas 30 ġurnata qabel.
Esklużjoni tista' sseħħ biss wara proċedura ġusta inkluż:
• Avviż
• Dritt ta' difiża
• Dritt ta' appell
Artikolu 7 – Drittijiet u Dmirijiet
Membri uffiċjali għandhom:
• Jirrispettaw l-istatut
• Jappoġġaw l-għanijiet tal-partit
Id-drittijiet tal-vot huma personali. Mhux trasferibbli - ħlief b'mod ta' prokura f'każijiet ta' emerġenza, jew f'każ fejn il-
membru ma jkunx jista' jattendi b'mod virtwali.
Artikolu 8 – Miżuri Dixxiplinari
• Twissija
• Sospensjoni
• Tneħħija minn kariga
• Esklużjoni
Kull azzjoni trid tirrispetta d-dritt ta' difiża.
Artikolu 9 – Riżoluzzjoni ta' Kunflitti
Il-Korp għas-Soluzzjoni tal-Kunflitt huwa magħmul minn 3 membri, fosthom il-President tal-partit.
Il-Korp jiddeċiedi biss meta l-membri jkunu kollha preżenti u jieħdu d-deċiżjonijiet b' maġġoranza sempliċi.
Il-Korp jista' jiltaqa fiżikament, bil-konferenza telefonika jew konferenza bil-vidjo.
Kompetenzi tal-Korp:
• Azzjoni dixxiplinari
• Esklużjoni/ċaħda ta' sħubija
Artikolu 10 – Ugwaljanza
Il-partit jipprojbixxi diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi ta' sess, orjentazzjoni, religjon, nazzjonalità, età.
Artikolu 11 – Assemblea Ġenerali
11.A Sejħa u Funzjonament
L-Assemblea Ġenerali tissejjaħ mill-Bord.
Tiltaqa mill-inqas darba fis-sena.
Kull assemblea ssir fil-ġurnata, siegħa u post stabbilit fl-avviż tas-sejħa.
Il-membri kollha għandhom jiġu mistiedna.
Il-Bord jista' jwettaq il-sejħa b'kwalunkew kommunikazzjoni, b' ittra, b' messaġġ diġitali ffirmat minn membru tal-Bord.
L-abbozz tal-aġenda jissemma fl-avviż tas-sejħa.
L-Assemblea Ġenerali tista' tadotta Regolamenti Interni li jiddettaw il-funzjonament, il-ħatra u l-elezzjoni ta' kumitati u
korpi interni.
11.B Ftuħ
Preseduta mill-President, Viċi President jew membru elett għall-okkażjoni.
11.C Drittijiet u Votazzjoni
Kull Membru għandu vot wieħed wara probation ta' 3 xhur, jew skont deċiżjoni tal-Bord.
Vot jista' jsir b'mod sigriet.
Deċiżjonijiet b' maġġoranza sempliċi tal-voti tal-preżenti; riżoluzzjonijiet dokumentati u ffirmati diġitalment.
Il-Bord/kumitat/uffiċjali jistgħu jsejħu membri mill-udjenza biex jipparteċipaw b' voti random.
11.D Setgħat
• Maġġoranza sempliċi: ħatra/tkeċċija tal-membri, approvazzjoni baġit, programmi partit/elettorali
• Maġġoranza kwalifikata: emendi u approvazzjonijiet għall-Artikoli ta' l-Istatut, xoljiment, kollaborazzjonijiet
• Parteċipazzjoni mill-Udjenza: suġġerimenti għall-Artikoli ta' l-Istatut u voti relatati
11.E Funzjonament Dettaljat
Astensjonijiet u voti invalidi.
Skadenza ta' 21 jum qabel għal sottomissjoni ta' mozzjoni/aġenda; mozzjoni urġenti jew emendi diġà sottomessi
jirregolaw skadenzi separati. Assemblea hija valida irrispettivament minn numru preżenti.
Minuti tal-proċedimenti inklużi mozzjoni, riżoluzzjoni u riżultati elettivi, jistgħu jkunu awdjo/diġitali.
Artikolu 12 – Il-Bord
Minn tal-inqas, tlett Membri Uffiċjali.
Kariġi: President, Viċi President, Teżorier
Setgħat: amministrazzjoni u rappreżentanza legali
President
• Mexxej u rappreżentanza esterna
• Parteċipazzjoni f'diskussjonijiet biss b'setgħa approvata jew unanimu
• Jista' jiddelega setgħat
Viċi President
• Jassisti u jissostitwixxi President
• Jista' jiddelega setgħat
• Fil-każ ta' assenza, jieħu kariga ta' President
Teżorier
• Responsabbli għall-finanzi u rapporti
• Jipproponi baġit u jikkontrolla eżekuzzjoni
• Jista' joġġezzjona dwar dispożizzjoni li tikkontradixxi l-istatut
• Jiddelega setgħat lil oħrajn
• Fil-każ ta' vakanza, jieħu pożizzjoni caretaker
Artikolu 13 – Sena Finanzjarja
Il-Partit huwa non-profit; is-sena finanzjarja tgħalaq annwalment fil-31 ta' Diċembru. Sal-31 ta' Marzu, Teżorier jippreżenta
rendikont lill-Kummissjoni Elettorali. Approvata mill-Assemblea Ġenerali annwali.
Artikolu 14 – Post Battal/Vakant
Vakanza tal-Bord - membru proviżorju jekk eliġibbli.
Elezzjonijiet sekondarji fl-Assemblea Ġenerali li jmiss għall-mandat preżenti. Bord kollu jirriżenja - elezzjonijiet ġodda fi
żmien 3 xhur.
Artikolu 15 – Regolamenti Interni
Jistgħu jiġu adottati skont Artikolu 11 u proposti mill-Bord.
Kumitati u korpi addizzjonali, inklużi emendi, għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 16 – Emendi
Jeħtieġu vot tal-Assemblea Ġenerali.
Emendi, kambjamenti, korrezzjonijiet tekniċi jew ta’ emergenza relatati ma’ kull aspett tal-partit jistgħu jsiru mingħajr vot, u
f'kwalunkwe ħin approvati mill-President waqt li jkunu infurmati ll-membri tal-Bord.
Artikolu 17 – Xoljiment
Jeħtieġ maġġoranza kwalifikata.
Assi jitqassmu lil entitajiet ta' karità jew NGOs simili mingħajr skop ta' qligħ.
Artikolu 18 – Membri Attwali
President u Fundatur: Mr. B McBee
Viċi President: Mr. C Camilleri
Teżorier: Ms. G Camilleri
Statut: 2024
Isem tal-Partit: ‘Residenti Beltin’
Interess Politiku tal-Partit: Indipendenti (Ebda affiljazzjoni mal-PL, PN, AD)
Kategorija tal-Elezzjoni: Kunsill Lokali, Komunita, Belt Valletta
Akronimu: RB
Membru gdid jista’ jissottometti l-nomina / kandidatura tieghu fuq ResidentiBeltin@gmail.com
Kontenut:
Artikolu 01 - L-Isem
Artikolu 02 - Għeruq
Artikolu 03 - Ghanijiet U Principji
Artikolu 04 - Terminu
Artikolu 05 - Sħubija
Artikolu 06 - Riżenja w Esklużjoni
Artikolu 07 - Drittijiet u Dmirijiet
Artikolu 08 - Miżuri Dixxiplinari
Artikolu 09 - Korp ta' Riżoluzzjoni u Kunflitti
Artikolu 10 - Ugwaljanza u Diskriminazzjoni
Artikolu 11 - Setgħat
Artikolu 12 - Tlaqqigħ ta' l-Assemblea Ġenerali
Artikolu 13 - Funzjonament tal-Assemblea Ġenerali
Artikolu 14 - Attendenza tal-Assemblea Ġenerali
Artikolu 15 - Ftuħ ta' l-Assemblea Ġenerali
Artikolu 16 - Drittijiet tal-Vot tal-Membri
Artikolu 17 - Il-Bord
Artikolu 18 - Post Battal/Vakant
Artikolu 19 - Sejħa għal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi
Artikolu 20 - Rwol - Bord
Artikolu 21 - Rwol - President
Artikolu 22 - Rwol - Viċi President
Artikolu 23 - It-Teżorier
Artikolu 24 - Responsabiltà
Artikolu 25 - Regolamenti Interni
Artikolu 26 - Sena Finanzjarja
Artikolu 27 - Emendi
Artikolu 28 – Xoljiment u Assi f'Każ ta' Xoljiment
Artikolu 29 - Dispożizzjonijiet Finali
Artikolu 30 - Membri attwali:
Artikolu 01 – L-Isem
1. Il-partit politiku jismu Residenti Beltin.
2. L-akronimu huwa 'RB'.
3. L-emblema ufficjali hija bl-Isem 'Residenti Beltin', b'kuluri ewlenin aħmar, griz u abjad, b'kulur baziku tal-kitba; dik sewda. Il-partit jista’ jadotta ‘logos’ u ‘slogans’ differenti għall-attivitajiet differenti kif jidhirlu l-aktar effettiv fiċ-ċirkostanzi biex iwassal l-messaġġ tiegħu - kull bidla ghall-Elezzjoni tal-Kunsill tigi indirizzata lill Kummissjoni ghall-aprovazzjoni.
Artikolu 02 – Għeruq
1. Lura fil-2012, inħoloq grupp zgħir biex jġħin lir-Residenti f'ghinuna ta' volontarjat, donazzjonijiet u karita' kull meta u fejn kien possibli. Fl-2024 'Residenti Beltin' xtaq li jigi registrat biex ufficjalment jahdem fl-interess tar-Residenti fuq pjattaforma ikbar; dik ghal-Kunsill Lokali Fil-Belt Valletta.
2. Il-Partit innifsu jħeggeg lil kull resident jingħaqad mieghu fl-appell biex l-isfreggju w il-privatiżżażjoni jieqfu, il-Belt Valletta tigi mħarsa u prottetta bil-fatti.
3. Flimkien mal-iskop biex insaħħu d-drittijiet tar-residenti kollha, fost dawn id-drittijiet hemm it-twemmin li r-residenti għandhom dritt li jkollhom partit li jirraprezenta lilhom biss.
Artikolu 03 - Ghanijiet U Principji
1. Il-partit li huwa favur l-ħidma b'umilta lejn ir-residenti Beltin, interess unanimu ta’ kull Belti minghajr ma jhares lejn il-kulur tal-individwi b’hekk il-partit jaqġħa taht Partit Indipendenti. Bl-Introdużżjoni tal-Ewwel Manifest Elettorali fil-qasam ġħal-Eleżżjoni Kunsill Lokali, jiggarantixxi riforma gdida b'hekk jevita l-partit milli jġħamel li jrid jekk jitla fil-Kunsill. Sfortunatament bosta jigu eletti u wara jabbużaw mill-fiducja mġħotija lilhom.
2.Il-partit ikun kommess jiprovdi lura d-dinjita, serhan, rispett u drittijiet illi kull resident ġħandu jkollu. Skond il-ligi li tiproteggi lill-individwu gewwa daru u fil-publiku. Bħala ferghat jopera kemm bħala 'Għassa tal-Viċinat' kif ukoll bħala 'Grupp ta 'Pressjoni'.
3. Il-partit ikun kommess illi jsib bilanċ bejn ir-residenti w is-settur kummerċjali. Dan wara li l-partit hass il-weġgħa w l-ilmenti kontinwi tar-residenti fejn spiccaw imsiekta u fil-mira ta’ bosta fil-konfront lejhom.
4. Il-partit jemmen bi shih għal-htiega w il-harsien ambjentjali, tradizzjonali, kulturali u dak ta’ patrimonju ta’ wirt nazzjonali li jinsab kollhu fil-Belt Valletta. Ghal-ġħan ta' kwalita`, ħajja aħjar u b'rispett shih ghad-drittijiet ghal-ġenerazzjonijiet futuri Beltin. Kif ukoll, l-partit ikun kommess illi jsaħħah u jonora it-titlu mill-UNESCO World Heritage, flimkien ma' kull obligu li dan il-prestiġju fejn ufficjalment fil-1980 inghata fuq il-Belt Valletta.
5. Il-partit iħeggeg li jingħata widen, u jwassal lehen ir-residenti b’trasparenża assoluta. Li jimxi minġħajr ebda intenzzjoni jew decizzjonijiet li jmorru kontra r-residenti specjalment dawk f’kategoriji vulnerabli. Jġħin lir-residenti bħala persuna intermedjarja fejn u meta jkun possibli. Bil-hidma li l-Kunsill jinghata lura f'idejn ir-residenti, l'bghodd mill-partiggjanizmu, u fejn dan jemmen li jkun ta’ ezempju f’kull lokalita ohra.
6. Residenti Beltin huwa partit li, fl-ambitu ta’ possibbiltajiet legali, se jikkonforma mar-rekwiżiti kollha.
7. Il-partit jispira biex jagħmel l-investigazzjonijiet xierqa u mehtiega fir-rigward ta’ lmenti li ġew minn residenti li spiccaw waqgħu fuq widnejn torox jew semplicement inghataw il-gemb, biex jinstabu riżoluzzjonijiet interni u fl-aħħar biex issir ġustizzja fl-aspetti kollha b'risq ir-residenti. Il-partit jirrifjuta bis-sħiħ l-isforzi totalitarji, dittatorjali u faxxisti.
8. Il-partit se josserva l-valuri li fuqhom hija msejsa Malta, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet residenzjali, persuni vulnerabli ta’ kull kategorija u dak kollu rikjest mill-ligi.
9. Residenti Beltin, bħala partit huwa mgħamul sa biex jipparteċipa f’elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali fil-Belt Valletta. L-irwol tieghu se jkun, b'risq ir-residenti u l-lokalita tal-Belt Valletta.
Artikolu 04 - Terminu
1. Il-Partit jixtieq jibqgha jezisti għat-tul ta ' żmien indefinit.
Artikolu 05 - Sħubija
1. Kull persuna li tixtieq issir membru għandha taċċetta l-istatut tal-partit.
2. Kull persuna li tapplika jrid ikollha mill-inqas 16-il sena.
3. Kull persuna li tapplika għas-sħubija tal-partit m'għandha tkun membru ta' xi ħadd
partit politiku ieħor.
4. Sħubija kif ukoll Tessera hija bla ħlas.
5. L-applikazzjoni għad-dħul trid tiġi mitluba permezz ta’ email fuq l-indirizz eletroniku ufficjali tal-partit; ResidentiBeltin@gmail.com jew jigi kunttatjat membru ufficjali tal-partit. L-ishubija tkun valida la darba l-Partit jikkonferma d-detalji necessarji, u l-applikant jircievi l-konferma minn għand il-partit; email jew ittra ufficjali.
6. Il-Bord jiddeċiedi dwar l-applikazzjonijiet għad-dħul normalment fi żmien sitt ġimgħat wara konferma tal-wasla tal-applikazzjoni għad-dħul. Id-deċiżjoni trid tkun
preċeduta minn konverżazzjoni/’interview’ bejn membru/i tal-partit mal-applikant biex tiżgura li l-persuna tallinja ruħa mal-valuri, principji u etika.
7. L-ishubija hija miftuha ghal kull persuna mingħajr distinzjoni ta’ orjentament jew sess, minghajr twemmin religjuz, jew minghajr preferenzi u ghal dawk li taccetta l-ghanijiet u principji li għalihom gie infassal il-partit.
8. L-Ishubija tista’ tigi rifjutata principarjament jekk il-partit jhoss li l-persuna ma tkunx ikwalifikata bizejjed f’dawn l-iskopijiet. Il-partit m'għandux ikun meħtieġ jagħti raġunijiet għal kwalunkwe rifjut ta' applikazzjoni għal sħubija.
9. Bħala finanzjament jew donazzjonijiet, il-partit ma jemminx f’dawn.
a) B’hekk ma jkun hemm ebda cans ta’ abuzz finanzjaru jew legali lejn l-membri u kostitwenti tieghu; kollox issir a bazi volontarja.
b) B’hekk ma jkun ebda disgwid jew anormalijiet mal-Kummissjoni Eletorali.
c) Ma dan kollu, il-partit iheggeg u jghati sapport lil membri tieghu biex jiehdu sehem f’attivitajiet volontarji lejn u b’risq il-komunità kull meta u fejn possibli.
10. Il-Board principali jkun mghamul minn president, vici president, u tezorir/segretarju. Kull posizzjoni mgħazula b’permezz tal-approvazzjoni tal-president, u b’sapport mil-konstituzzjoni permezz ta’ vot semplici. Posizzjonijiet Amministrattivi ma jistghux ikunu jifurmaw minn posizzjonijiet ufficjali f’partiti ewlenin.
11. Il-membri għandhom jaccettaw li l-ismijiet tal-partit ikunu ghad-disposizzjoni tal-publiku.
12. Mingħajr preġudizzju, il-partit għandhu jiddeċiedi liberament dwar id-dħul ta' membri skond id-disposizzjonijiet relevanti tal-istatut.
13. L-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot fl-istrutturi tal-partit jista' jkun kondizzjonali fuq tal-partit u skond id-drittijiet tas-sħubija. Il-Partit igawdi mid-drittijiet ghall-espressjoni libera u tal-personalita’ skond il-Ligi/ Kostituzzjoni. Fl-istess waqt, il-Partit kif ukoll kull membru għandhom jghobdu dmirhom skond il-Proceduri Legali hekk kif inhuwa mitlub mir-regolamenti tal-Partiti / Legistlatura/ Kummissjoni Elettorali.
14. Il-partit u l-membri jiżguraw li d-dritt tad-difiża tkun rispettata fi kwalunkwe proċedura dixxiplinarja interna meħuda fir-rigward tal-membri tagħhom flimkien mal-possibilta’ ta’ sanzjonijiet permissibbli kontra membri, u l-esklużjoni tagħhom mill-parti politika.
Artikolu 06 – Riżenja w Esklużjoni
1. Membru jista' jirriżenja f'kull mument, sakemm jingħata avviż bil-miktub lil membri ufficjali. Din l-għazla tkun b’effett immedjat.
2. Ir-raġunijiet għall-esklużjonijiet jinkludu, mhux esklussivament; in-nuqqas tal-obligu legali u ta’ rispett lejn il-ligi.
3. Il-Bord għandu jirrispetta d-dritt tad-difiża tal-konvenut qabel ma tittieħed id-deċiżjoni, u anke wara. Biex jiġi żgurat li d-dritt jiġi rispettat, il-proċedura għandha ssegwi l-passi li ġejjin;
a. Il-Bord għandu jinforma lill-konvenut b’avviz bil-miktub jew eletroniku fejn ikun msemmi illi l-Bord se jkun qed jeskludi lill-membru. L-avviż għandu jinkludi r-raġuni għall-esklużjoni, u li għandhom ġimgħa biex jissottometti d-dikjarazzjoni ta ’appell, u jkun infurmat bid-dritt li jappella.
b. Il-Bord għandu jiżgura b'kull mezz possibbli li l-avviż jasal, jiġifieri li l-Bord irid jagħmel użu mill-email, ċellulari u messaġġi applikazzjonijiet socjali fost metodi oħra biex jiġi żgurat li l-konvenut jirċievi l-avviż – diment illi l-konvenut ma juzax mezzi ta’ blokkjar, f’dak il-kaz il-partit ikun kopert tgħalli prova f’kull mezz fil-poter tieghu li jinforma lil konvenut.
c. Malli jirċievi l-avviż, il-konvenut imbagħad ikollu ġimgħa biex jirrispondi d-dikjarazzjoni tal-appell, li mbagħad trid tintbagħat lill-Bord.
d. Jekk il-konvenut jagħżel li jappella, il-każ jinstemgħu miż-żewġ naħat, kemm il-konvenut kif ukoll il-Bord fejn jigi allokat ħin ugwali biex jiġi ppreżentat il-każ.
i. Wara l-preżentazzjoni miż-żewġ naħat, id-deċiżjoni finali tittieħed permezz ta’ vot.
ii. Sa dak iż-żmien id-deċiżjoni għall-esklużjoni ma tidħolx fis-seħħ.
e. Jekk il-konvenut ma jagħżilx li jappella, jew jirtira l-imsejjah appell, il-bord ikun fid-dmir li jeżamina l -każ, u tieħu kont tal-evidenza, l-appell tal-akkużat, u tieħu deċiżjoni waqt li tħares il-valuri tan-natura tal-ġustizzja.
f. Jekk il-Bord jiddeċiedi li jeskludi l-membru, għal darb’ohra l-konvenut jista’ fi żmien ġimgħa minn meta jirċivi l-appell ta ’esklużjoni għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt
Artikolu 07 - Drittijiet u Dmirijiet
1. Il-Membri huma obbligati jappoġġaw l-għanijiet u l-interessi tal-partit, id-deċiżjonijiet u l-ordnijiet tal-organi tal-partit. Il-Partit u l-Membri għandhom igawdu d-dritt tal-espressjoni u liberta.
2. Il-membri għandhom drittijiet tal-vot ugwali fil-partit.
3. Mhuwiex permess trasferiment tad-dritt tal-vot.
4. Kull membru għandu jinnotifika lill-parti b'kull bidla fir-residenza. In-notifika tista' tkun magħmula b’email indirizzata lil ufficjali tal-partit.
Artikolu 08 - Miżuri Dixxiplinari
1. Il-miżuri dixxiplinarji li ġejjin jistgħu jiġu imposti mill-Bord permezz ta' maġġoranza li jkun isejjah vot fuq membru li jikser l-istatut, il-prinċipji, l-ordni jew li jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-partit.
a. Twissija
b. Tneħħija minn rwol gewwa il-partit
c. Skwalifika milli jerga jokkupa l-istess rwol, jew rwol differenti fil-partit għal-perjodu massimu ta' sentejn, izda
2. Membru jista’ jitkeċċa mill-partit jekk volontarjament jikser l-istatut jew
jikser serjament il-prinċipji jew l-ordni, u b'hekk jikkawża ħsara serja, dan jigi pprojbit b’mod permanenti.
3. B'mod partikolari, ksur fis-sens tal-punt preċedenti għandu normalment
jitqies li jeżisti, iżda mhux limitat għal, fejn il-Membru;
a. fi ħdan il-qasam ta’ attività tal-partit, huwa fl-istess ħin membru ta’ partit politiku ieħor li għandha l-għan li ssir partit politiku.
b. jappartjeni għal jew jippromwovi organizzazzjoni li l-għanijiet tagħha, fil-Partit
fehim oġġettivament iġġustifikat, jipprekludi l-insegwiment simultanju tal-għanijiet u l-prinċipji tal-Partit, u b'hekk tagħmel ħsara lill-kredibilità tal-Partit.
c. jippubblika proċeduri kunfidenzjali tal-partit jew jittradixxi lil partit lil entitajiet avversarji
d. misapproprja propjetà (ta’ kull għamla, forma, materjal, generu) li tappartjeni lil jew li tkun għad-dispożizzjoni tal-partit, jew
e. jinsulenta pubblikament, jiddenigra jew ikkalunja membri oħra tal-partit, jew jagħmel lilu nnifsu suġġett għal-prosekuzzjoni.
4. Il-proċedura ta' azzjoni dixxiplinarja għandha tirrispetta d-dritt ta' difiża tal-konvenut qabel ma tittieħed deċiżjoni, u anke wara. Biex jiġi żgurat li d-dritt jiġi rispettat, il-proċedura għandha ssegwi l-passi li ġejjin;
a. Il-Bord għandu jinforma lill-konvenut b'avviż bil-miktub li l-Bord, u tibda proċedura dixxiplinarja fuq il-membru. L-avviż għandu jinkludi r-raġuni għall-azzjoni dixxiplinarja, u x'se tkun l-azzjoni dixxiplinarja, li għandhom ġimgħ biex jissottometti d-dikjarazzjoni tal-appell.
b. Il-Bord għandu jiżgura b'kull mezz possibbli fil-poter tiegħu li l-avviż jasal,
jiġifieri li l-Bord irid jagħmel użu mill-email, ċellulari u messaġġi
applikazzjonijiet fost metodi oħra biex jiġi żgurat li l-konvenut jirċievi l-avviż.
c. Malli jirċievi l-avviż, il-konvenut imbagħad ikollu ġimgħa biex jirrispondi d-dikjarazzjoni tal-appell, li mbagħad trid tintbagħat lill-Bord.
d. Il-Bord għandu jeżamina l-każ, u jqis l-evidenza preżenti, kif ukoll l-appell tal-konvenut, u tieħu deċiżjoni filwaqt li jinzammu l-valuri tal-ġustizzja.
e. Jekk il-Bord jiddeċiedi li jwettaq l-azzjoni dixxiplinarja, il-konvenut jista' fi żmien ġimgħa jgħamel appell.
Artikolu 09 - Riżoluzzjoni ta' Kunflitti
1. Il-Korp għas-Soluzzjoni tal-Kunflitt huwa magħmul minn 3 membri; fostħom irrid ikun hemm il-President tal-partit.
2. Il-Korp għar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti jista 'jiddelibera biss meta l-membri kollha tiegħu jkunu preżenti u jieħdu d-deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi. Il-Korp għar-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti jista' jiltaqa' fizikament jew permezz ta' telefonata konferenza jew konferenza bil-vidjo.
3. Il-Korp għas-Soluzzjoni tal-Konflitti għandu jkollu l-kompetenzi li jidecidi dwar dawn li ġejjin:
i. Azzjoni dixxiplinari
ii. Esklużjoni/ Ċaħda ta' Sħubija
Artikolu 10 - Ugwaljanza u Diskriminazzjoni
1. Il-Partit huwa obbligat li jikkontrobatti b'mod deċiżiv kwalunkwe diskriminazzjoni, b'mod partikolari dwar bażi ta’ nazzjonalità, sess, orjentazzjoni jew diżabilità etc etc..
2. Kull membru huwa meħtieġ li jirrapporta kull attività diskriminatorja lil-President tal-Partit.
Artikolu 11 - Setgħat
1. L-Assemblea Ġenerali hija l-korp suprem tal-Partit. Għandu s-setgħat mogħtija lilhom huwa bil-liġi u l-Artikoli preżenti.
2. Dawn li ġejjin huma deċiżjonijiet li l-Assemblea Ġenerali tieħu b’Maġġoranza Sempliċi:
a. il-ħatra u t-tkeċċija tal-membri
b. l-approvazzjoni tal-baġit u tal-kontijiet
c. programmi tal-Partit u Elettorali
3. Dawn li ġejjin huma deċiżjonijiet li l-Assemblea Ġenerali tieħu permezz ta 'Maġġoranza Kwalifikata:
a. L-emenda ta' l-Artikoli ta' l-Istatut
4. Dawn li ġejjin huma deċiżjonijiet li l-Assemblea Ġenerali tieħu b’Maġġoranza Kwalifikata, b’tal inqas 50% tal-votazzjoni tas-sħubija:
a. Xoljiment tal-partit
b. F’kaz li jkun hemm talba ghal-għaqda jew kollaborazzjoni tar-Residenti Beltin ma’ għaqdiet jew partit ieħor.
Artikolu 12 - Assemblea Ġenerali - Tlaqqigħ
1. L-Assemblea Ġenerali għandha tissejjaħ mill-Bord.
2. L-Assemblea Ġenerali tiltaqa' mill-inqas darba fis-sena.
3. Kull Assemblea Ġenerali għandha ssir fil-ġurnata u fis-siegħa u fil-post stabbilit
fl-avviż tas-sejħa.
4. Il-Membri kollha għandhom jiġu mistiedna għal dan.
5. L-Assemblea Ġenerali tissejjaħ mill-Bord b'ittra diġitali, iffirmata minn xi ħadd
membru tal-Bord, li jintbagħat lil kull Membru.
6. L-abbozz tal-aġenda jissemma fl-avviż tas-sejħa.
Artikolu 13 - Assemblea Ġenerali - Funzjonament
1. Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan l-istatut, għandhom ikunu astensjonijiet u voti invalidi meqjusa bħala voti mhux mitfugħa.
2. Skadenza ta '21 jum qabel l-Assemblea Ġenerali għandha tapplika għas-sottomissjoni ta' mozzjonijiet fattwali u mozzjonijiet biex tiġi emendata l-aġenda fil-konferenzi tal-Assemblea Ġenerali sakemm ma jkunux regolati skadenzi oħra. Mozzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ mozzjoni sostantiva li diġà ġie sottomess (emendi) u mozzjonijiet li l-konferenza tal-partit jiddeċiedi li jittrattaw minħabba l-urġenza partikolari tagħhom (mozzjonijiet urġenti) mhumiex koperti bir-regolament skond is-sentenza ‘1’. Aktar dettalji huma regolati fir-Regoli ta’ Proċedura għall-Assemblea Ġenerali.
3. L-Assemblea Ġenerali hija valida, u għandha kworum irrispettivament min-numru ta 'membri preżenti.
4. Għandhom jittieħdu minuti tal-proċedimenti tal-Assemblea Ġenerali, li fihom il-
mozzjonijiet sottomessi, ir-ri]oluzzjonijiet li għaddew u r-rizultati tal-elezzjonijiet iridu jkunu irreġistrati, dan jista jsir ukoll b’mezz ta’ awdjo jew materjal iehor.
Artikolu 14 – Assemblea Ġenerali - Attendenza
1. Kull Membru għandu d-dritt li jkun preżenti.
2. Membri biss jistgħu jipparteċipaw fil-Ġeneral Assemblea, sakemm ma jkunx hemm stedina mill-membri tal-Bord, approvati mill-President. Il-Bord jista' jillimita n-numru ta' parteċipanti li ma jivvutawx fil-kungress tal-partit għal raġunijiet organizzattivi.
Artikolu 15 - Assemblea Ġenerali - Ftuħ
1. L-Assemblea Ġenerali hija ppreseduta mill-president, vici president jew minn membru elett fl-okkazzjoni tal-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 16 - Drittijiet tal-vot tal-Membri
1. Kull Membru għandu vot wieħed. Dan il-vot ikun validu wara tlett xhur (probation) ta’ sħubija valida - il-Bord izda jista’ jattiva dan il-vot f’hin iqsar mitluba mid-data ta’ shubija. Skond il-kaz, l-okkazjoni, sabiex ma nilimitawx ghal-kollox l-opportunitajiet tal-membri.
2. Trid tkun prevista f'kull ħin il-possibbiltà ta' votazzjoni.
3. Għandu jkun possibbli li wieħed jivvota b’mod sigriet jiġifieri mingħajr ma jiżvela l-identità tiegħu.
4. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-voti tal-preżenti. Sakemm ma jkunx provdut mod ieħor bil-liġi jew fl-Artikoli preżenti.
5. Id-deċiżjonijiet jitfasslu f'riżoluzzjonijiet diġitali, li huma ffirmati mill-kopresidenti u jiġu kkomunikati lill-membri kollha b'mod diġitali.
Artikolu 17 - Il-Bord
1. Il-Partit huwa mmexxi minn Bord magħmul minn mill-inqas membru 1 u massimu ta' 5, magħżula mill-Membri mill-Assemblea Ġenerali għal terminu ta’ sentejn permezz ta’ elezzjoni.
2. Biex jibda t-terminu, dan għandu fil-bidu tiegħu jikkonsisti f’mill-inqas 3 membri, jekk dan ma jseħħx, allura tistgha issir Assemblea Ġenerali ġdida fi żmien 3 xhur.
3. L-Assemblea Ġenerali tista' fi kwalunkwe ħin tivvota lill-Bord jew lill-membri individwali tal-Bord b’votazzjoni sigrieta b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa.
4. Il-Bord se jkun magħmul minn;
a. President
b. Viċi President
c. Teżorier
5. Il-membri tal-Bord jiġu eletti b'vot fl-Assemblea Ġenerali.
6. Il-membri tal-Bord jitħallew ikollhom kariga pubblika.
Artikolu 18 - Post Battal/Vakant
1. Fil-każ ta' vakanza matul it-terminu ta' mandat, membru tal-Bord jista’ jaħtar individwu proviżorju jekk ikun hemm interess, jkunu eliġibbli u lesti.
2. Isiru elezzjonijiet sekondarji minħabba r-riżenja ta' membri individwali tal-Bord
fl-Assemblea Ġenerali li jmiss, għall-mandat li jkun fadal. Elezzjoni mill-ġdid wara terminu tal-kariga skont dan il-paragrafu ma għandux jitqies bħala elezzjoni mill-ġdid.
3. Jekk il-Bord kollu jirriżenja, b’mod partikolari minħabba r-riżenja tal-membri kollha, għandhom isiru elezzjonijiet ġodda f’Assemblea Ġenerali fi żmien 3 xhur.
Artikolu 19 - Sejħa għal-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi
1. Il-Bord jissejjaħ mil-president. Jihtiehdu deċiżjonijiet b'mod validu biss jekk il-maġġoranza tal-membri jkunu preżenti.
2. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b'maġġoranza sempliċi tal-voti. Id-deċiżjonijiet jitfasslu fi
minuti diġitali, li huma iffirmati mill-president, jew vici president.
3. F'każ li wieħed mill-membri tal-Bord ikollu kunflitt ta 'interess, huma għandhom
ma jieħdux sehem fid-deliberazzjoni u l-votazzjoni. Għandhom jagħmlu avviż minn qabel dwar dan lill-membri l-oħra, li għandhom jaħtru persuna oħra għajr id-direttur applikabbli biex tirrappreżentahom.
Artikolu 20 – Rwol - Bord
1. Il-Bord għandu l-aktar setgħat wiesgħa biex jamministra u jamministra l-Partit fi ħdan il-limiti tal-iskop. Jista' jieħu l-azzjonijiet legali u oħrajn li jidhru utli għall-
twettiq tal-għanijiet tal-Partit, bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet li huma riservati għall-Assemblea Ġenerali jew li jkunu qed jiksru l-liġi.
2. Il-Bord jirrappreżenta lil partit fil-qorti u barra l-qorti. Safejn ir-regolamenti finanzjarji ma jiddeterminawx mod ieħor, it-Teżorier huwa awtorizzat li
jirrappreżenta lil partit fil-kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, jekk ma jkunx hemm Teżorier allura ir-responsabbiltajiet jintirtu mill-Vici President. Il-Bord jista' jawtorizza individwu/individwi tagħha biex jirrappreżentaw lil partit waħedhom b’mod konġunt.
3. Il-Bord għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess. Dawn ir-regoli ta' proċedura jirregolaw, fost affarijiet oħra, it-tqassim tal-kompiti fi ħdan il-Bord u r-responsabbiltajiet tal-membri individwali tal-Bord. Dawn ir-regoli ta' proċedura u kwalunkwe l-emendi għandhom jiġu notifikati lill-membri bil-miktub jew bl-e-mail bir-riżoluzzjoni.
4. Il-Bord jgħaddi r-riżoluzzjonijiet tiegħu b'maġġoranza tal-voti mitfugħa. L-astensjonijiet huma meqjusa bħala voti mhux mitfugħa. Jistgħu wkoll jingħataw riżoluzzjonijiet tal-Bord laqgħat ta’ preżenza bit-telefon jew virtwali jekk tkun garantita komunikazzjoni f’ħin reali.
5. Il-Bord jista', jekk meħtieġ, jaħtar Segretarju Ġenerali biex iwettaq il-kompiti tiegħu u biex jikkoordina l-ħidma interna tal-partit.
6. Il-Bord għandu jiltaqa' mill-inqas darba kull xahrejn, u jista' jistieden membri oħra biex jattendu l-laqgħa b’vot ta’ maġġoranza.
7. Il-Bord għandu jieħu deċiżjonijiet b'maġġoranza sempliċi, u jeħtieġ il-maġġoranza tal-Membri tal-Bord li jivvutaw.
8. Il-Bord għandu jħejji minuti tal-laqgħa li jiġu kkomunikati lil kull membru fi żmien adegwat.
Artikolu 21 – Rwol – President
1. Il-President huwa l-mexxej tal-partit.
2. Il-President jistgha jirrappreżenta lil Partit esternament u responsabbli lejn partijiet terzi.
3. Il-President jistgħa jipparteċipa f'diskussjonijiet ma' partijiet terzi, iżda ma jistgħax jieħu deċiżjoni f’isem il-partit sakemm ma jkollhux is-setgħa li jagħmel dan b’maġġoranza tal-Membri permezz ta’ vot waqt laqgħa jew b’fethim unanimu dak il-hin stess.
4. Jistgħa jiddelega is-setgħat kollha tiegħu jew parti minnhom lil Membri.
Artikolu 22 – Rwol - Il-Viċi President
1. Il-Viċi President jassisti lill-Presidenti fid-dmirijiet tiegħu u jistgħa jwettaqhom fl-
assenza tal-President.
2. Jistgħa jiddelega is-setgħat tiegħu kollha jew parti minnhom lil membri oħra maħtura mill-Bord.
3. Jekk ma jkunx hemm Viċi President, jew jinsab indispost ghar-ragunijiet validi, il-President jistgha jieħu din il-kariga għal-bqija tal-mandat.
Artikolu 23 - It-Teżorier
1. Filwaqt illi l-Partit jsostni illi dan huwa partit non-profit, hekk kif għandu jkun, it-Teżorier huwa responsabbli għall-kontabilità u l-finanzi. Jipproponi l-baġit lill-Assemblea Ġenerali u jiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu. Jippreżenta rapport dwar l-allokazzjoni tar-riżorsi għas-sena finanzjarja li għaddiet lill-Ġeneral Laqgħa tal-Assemblea. Ikun responsabbli għal-pubblikazzjonijiet kollha relatati mal-finanzi tal-partit.
2. Jistgħu joġġezzjonaw għal kull att ta' dispożizzjoni li jista' jipperikola serjament dak tal-parti finanzi u li ma jikkonformax mal-Istatut u r-Regolamenti Interni.
3. Huma għandhom il-possibbiltà li jiddelegaw il-poteri tagħhom kollha jew parti minnhom lil oħrajn mexxejja maħtura mill-Bord.
4. Fin-nuqqas ta' Teżorier id-dmirijiet jintirtu mil-Vici President.
5. Fil-każ li ma jkunx hemm Vici President jew President fis-seduti, it-Teżorier jadotta pożizzjoni bħala ‘caretaker’ u jrid jorganizza Assemblea Ġenerali fi żmien 3 xhur biex jeleġġi Bord ġdid.
Artikolu 24 - Responsabiltà
1. Il-Partit iheggeg illi kull posizzjoni, tinghata kull livell ta’ attenzjoni, rispett u dedikazzjoni. Filwaqt illi responsabilta ghandħa tintrefa fejn ikun hemm certu nuqqasijiet.
Artikolu 25 - Regolamenti Interni
1. L-Assemblea Ġenerali tista' tadotta regolamenti interni li jagħtu dettalji dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-istatut, jiddefinixxu l-modalitajiet prattiċi għall-funzjonament tal-Partit u jipprevedu l-istabbiliment, l-elezzjoni jew il-ħatra u l-funzjonament tal-intern kumitati u korpi tal-Partit. Ir-Regolament Intern jista' ma jkunx f'kunflitt ma' dan l-istatut.
2. Il-Bord jista' jipproponi Regolamenti Interni fl-Assemblea Ġenerali u r-regolamenti jistgħu jipprevedu kumitati u/jew korpi oħra jew addizzjonali li jistgħu jipproponi emendi għar-Regolamenti Interni. L-emendi kollha għall-Intern u Regolamenti għandhom jiġu sottomessi għall-vot tal-Assemblea Ġenerali.
Artikolu 26 - Sena Finanzjarja
1. Filwaqt illi l-Partit ikompli isostni illi dan huwa Partit ‘non-profit’, u li huwa kommess illi jzommu hekk. Is-sena finanzjarja tkopri tnax il-xhar, tgħalaq annwalment fl-aħħar jum ta’ kull sena fix-xahar ta' Dicembru.
2. Sal-31 ta’ Marzu, it-Tezorier ikun fid-dmir li jiprezenta lill-Kommissjoni r-rendikont tal-Partit għas sena precedenti.
3. Dawn huma sottomessi għall-approvazzjoni għal-laqgħa annwali.
Artikolu 27 - Emendi
1. Emenda tal-istatut tista' tiġi deċiża b'riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali b’maġġoranza tal-voti mitfugħa.
2. Il-bidliet li ma jeħtiġux riżoluzzjoni mill-Assemblea Ġenerali huma bidliet għall-verżjonijiet rispettivi;
a. huma l-korrezzjoni tal-iżbalji lingwistiċi,
b. huma r-rettifika ta’ referenzi manifestament żbaljati fid-dokumenti li għandhom status statutorju,
c. huma l-aġġustament tan-numerazzjoni tal-paragrafi magħmul meħtieġ mill-ommissjoni ta 'paragrafi eżistenti jew l-inserzjoni ta' paragrafi ġodda
d. huma li ma jwasslux għal bidliet fis-sustanza.
e. huma l-aġġustamenti minimi meħtieġa biex tkun konformi mal-liġi, biex tikseb l-parti reġistrata
3. Kwalunkwe tibdil ibbażat fuq il-punti preċedenti għandu jiġi kkomunikat lill-membri kollha fi żmien ġimgħatejn minn meta jinbidlu.
Artikolu 28 – Xoljiment u Assi f'Każ ta' Xoljiment
1. Il-Partit ma jiġix xolt bil-mewt, nuqqas, indisposizjoni jew ir-riżenja ta’ membru, safejn il-numru ta' membri b'riżultat ta' dan ma jkunx inqas minn wieħed sabiex jibqgha jiffunzjona, jibqgha relevanti, jibqgha validu.
2. F'każ ta' xoljiment volontarju mill-assemblea ġenerali, u fin-nuqqas ta' dan mill-qorti, jinħatru likwidatur wieħed jew aktar, is-setgħat tagħhom u l-mezzi ta’ħlas ta' djun ir-realizzazzjoni ta' assi determinata.
3. Mozzjoni biex jinħall partit tista' tiġi vvutata biss jekk tkun irċevuta mill-inqas mill-Bord erba’ ġimgħat qabel il-bidu tal-Assemblea Ġenerali. Il-possibbiltà ta' mozzjoni urġenti ma teżistix f'dan il-każ.
4. Insostnu illi dan il-partit huwa, u jibqgha mingħajr profitt (non-profit). Hekk kif għandu jkun.
5. F'każ li jkun hemm istruzzjonijiet differenti minn dan, l-Assemblea Ġenerali għandha tagħmel għażla, jew għandu jaqsam l-assi bejn dawk l-entitajiet li huma eliġibbli. Entitajiet eliġibbli huma dawk li għandhom għan simili, f'kaz illi ma jigux identifikati entitajiet simili, fl-assemblea ġenerali għandha tassenja l-assi lil waħda jew bejn diversi għaqdiet volontarji, NGO's, fondazzjonijiet jew istituzzjonijiet.
6. Ix-xoljiment tal-Partit Residenti Beltin, il-partit u kull membru fiħa jitlob lil Kumissjoni Elettorali sabiex f’kaz illi l-partit jigi xolt, l-isem ma jintuza minn ebda entita ohra sabiex ma jkunx hemm konfuzzjoni jew disgwid fost l-elettorat hemm barra. Izda jekk persuna tibqgħa tixtieq illi tuza’ dan l-isem, din il-persuna għandha titlob li tikkuntattja lil fundatur originali tal-partit (Mr.B.McBee) sabiex jintlahaq ftehim u jinghata permess li jintuza l-isem. Dan il-permess għandu ikun responsabilta assoluta tas-sid il-gdid.
7. Ix-xoljiment jistgha jigi proponut mill-bord inifsu, dejjem jekk ikunu prezentati gjustifikazzjonijiet validi. Minn hemm titresaq mozzjoni quddiem il-President, id-decizzjoni finali hija f’idejn il-President sakemm ma jkunx hemm ogezzjoni favur/kontra mill-maggioranza tal-bord. Din il-mozzjoni imbghad tigi sostnuta skond it-tesserati/kostitwenti presenti permezz ta' votazzjoni.
Artikolu 29 - Dispożizzjonijiet Finali
1. Dawn l-Artikoli u l-Emendi kollha għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum li jiġu adottati.
Artikolu 30 - Membri Attwali
President u Fundatur; Mr.B.McBee (2020)
Vici President; Mr.C.Camilleri (2022)
Teżoriera; Mr.G.Camilleri (2023).
Sejħa għal membri godda u permanenti; tibqgha miftuha. Kull posizzjoni permanenti tigi approvata waqt l-asemblea generali annwali.
Kull applikant jista’ jissottometti l-nomina / kandidatura tieghu fuq ResidentiBeltin@gmail.com